L-Alitalia tnaqqas it-telf bi €381miljun | One News

Notifiki

L-Alitalia tnaqqas it-telf bi €381miljun

L-Alitalia, is-sieħeb strateġiku magħżul biex tinnegozja miegħu l-Air Malta, ħabbret ir-riżultati finanzjarji għas-sena li għaddiet u kkonfermat li tinsab fit-triq it-tajba biex is-sena d-dieħla tagħmel il-qligħ. Fil-fatt is-sena li għaddiet naqset it-telf bi €381 miljun. Konferma ta’ kemm is-sħubija strateġika mal-Etihad qed tbiddel is-sitwazzjoni tal-Alitalia.

Fil-fatt l-2015 kienet l-ewwel sena minn pjan ta’ tliet snin.  Fil-fatt filwaqt li fl-2014 l-Alitala tilfet €580 miljun, is-sena li għaddiet tilfet inqas minn €200 miljun. Dan skont il-pjan industrijali li qed jintlaħqu l-miri tiegħu. Iċ-ċermen tal-Alitalia, Luca Cordero di Montezemolo qal li tnaqqis fit-telf huwa l-ewwel pass importanti. Dan fl-istess waqt li saħħet il-flotta u nfetħu rotot stateġiċi internazzjonali ġodda.

“Qligħ fl-2017,” tibqa’ l-mira tagħna qal Montezemolo. “Ftit huma l-linji tal-ajru li għamlu bidla radikali bħal mhi qed tagħmel l-Alitalia bħalissa. Qed inwettqu l-wiegħda li nibdlu l-linja tal-ajru f’waħda ta’ livell dinji,” kompla jgħid Montezemolo.

Is-sena li għaddiet l-Alitalia ġarret €22 miljun ewro u rapporti ta’ esperti tal-avjazzjoni spjegaw kif is-sħubija mal-Etihad kienet kruċjali għall-Alitalia.  Dawn l-aħbarijiet pożittivi ħarġu fl-istess ġimgħa li l-kumpanija ffirmat Memorandum of Understanding mal-Air Malta bil-għan li jinfetħu n-negozjati biex l-Alitalia tikseb 49% tal-Linja Nazzjonali Maltija. Biex filwaqt li tibqa’ f’idejn il-Gvern Malti l-Air Malta wkoll tibdel il-ġejjieni tagħha. Ġejjieni li għandu jkun wieħed li jara lil Air Malta tibqa’ ttir bi kburija, filwaqt li tigarantixxi l-impjiegi tal-ħaddiema.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend