Kien rigal tan-nannu – mument ħelu bejn il-Papa u tfajjel Għawdxi – One News

Notifiki

Kien rigal tan-nannu – mument ħelu bejn il-Papa u tfajjel Għawdxi

Kien rigal ta’ nannuh għax għamel il-praċett. Iċ-ċkejken Gianluca Mercieca minn Għadwex ingħata vjaġġ il-Vatikan u l-ikbar xewqa tiegħu kienet li jiltaqa’ mal-Papa.

Qalulhom li kienet xewqa diffiċli ħafna – daqs dawk nies!

Iżda oħroġ il-għaġeb, il-Papa Franġisku donnu ggustah, liebes bl-abjad. Il-mument li ltaqgħu huwa dokumentat permezz tar-ritratti. Verament joħroġ ċar is-sentiment ta’ ferh ġenwin bejn il-mexxej tal-Knisja Kattolika u ċ-ċkejken Għawdxi.

Omm Gianluca qaltilna li wara dan l-inkontru fil-qrib bejn il-Papa u Gianluca, ħafna riedu jiltaqgħu ma’ Gianluca, bit-tama li jestendi l-barka. Saħansittra fil-lukanda fejn kienu qed joqogħdu fil-Vatikan, Gianluca sar protagonist żgħir. Mara partikolari ħaddnet lil Gianluca magħha, bit-tama li l-fidi tgħinha ssolvi problema ta’ infertilita’ li għaddejja minnha.

32

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend