Aġġornata: meta mietu 28 Malti f'jum wieħed: iż-Żwieten jiftakru | One News

Notifiki

Aġġornata: meta mietu 28 Malti f’jum wieħed: iż-Żwieten jiftakru

Nhar is-Sibt, tnejn ta’ Mejju, 1942,  żewġ ajruplani tat-tip Junker JU88  resqu lejn Malta, u għall-ħabta tal-10:45 a.m. tefgħu tmien bombi viċin il-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun u fuq diversi djar li kien hemm fi triq li tagħti għal Ħal Tarxien. Ħafna mill-bombi ma ħadux mal-impatt, li dan wassal għal traġedja akbar.

Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun illum qed jorganizza kommemorazzjoni ta’ din it-traġedja.

Din se tkun qed issir fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun, fil-11.30 a.m., bil-parteċipazzjoni tat-tlett każini tal-baned u għaqdiet oħra tal-parroċċa. Matul din l-attività se jkun hemm qari letterarju, rakkont ta’ x’ġara dakinhar tat-traġedja u oħrajn.

B’kollox f’din it-traġedja mietu 28 persuna. Barra dawn il-vittmi, matul din l-attività se jkunu qed jitfakkru wkoll 113 Żejtuni li mietu waqt it-Tieni Gwerra Dinjija, fosthom tarbija ta’ ħames t’ijiem.

Mal-faċċata tal-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun għadhom jistgħu jidhru d-daqqiet li ġew ikkawżati mill-bombi.

zejtun memorial

Aġġornata b’ritratt tal-avveniment

 

Zejtun

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend