'Violet' ta' Strada Stretta | One News

Notifiki

‘Violet’ ta’ Strada Stretta

Min hi Violet tas-serje televiżiva Strada Stretta?

Fil-verita’, jisimha Lorianne D’Ugo. Għandha 34 sena, miżżewġa u taħdem full time bħala maniġer ta’ ditta tal-ġojjellerija ma kumpanija privata. Sa min eta’ żgħira kienet tħobb tirreċta l-iskola iżda waqfet kif ħarget mis-sekondarja minħabba impenji personali. Kien biss tlett snin ilu li ħabib tagħha ħajjarha verament sabiex tidħol fid-drama u tagħmel dak li vera tħobb.

Bdiet it-taħrig tagħha ma Freespirit fis-Sajf tal-2013 u  minn hemm m6a ħarsitx lura.  Lorianne ħadet sehem f’diversi riklami u kellha partijiet żgħar f’xi drama lokali li eventwalment wassluha għal parti ta’ Violet li qiegħda tinterpreta bħalissa fid-drama lokali Strada Stretta. Hija ħadet sehem ukoll fi produzzjonijiet teatrali bħal Ħidmietna, il-Kennies tal-Ġenna, Faith Hope u Charity, Ħabbilni Ħa Nirbaħ u Oscar.

Għamilnielha numru ta’ domandi.

Li tkun attur f’pajjiżna hija xi ħaġa li l-pubbliku japprezza, iżda forsi ma jasalx  japprova li bniedem jiddedika ħajtu għat-teatru jew televiżjoni biss. Kif tħares lejn il-perċezzjoni tal-attur f’għajnejn udjenzi lokali?

Fil-fatt huwa diffiċli lokalment biex tiddedika ħajtek għat-teatru u televiżjoni biss, dan għaliex ma jippermettix finanzjarjament. Iktar milli perċezzjoni tal-attur perse, iktar naħseb illi hemm perċezzjonijiet differenti fuq il-passjoni lejn id-drama. Meta attur jitkellem ma nies dwar is-sigħat ta’ provi, studju ta’ skritt, filming eċċ… li jirrikjedi dan il-qasam bi ħlas redikolu kumparat mas-siegħat, min jgħidlek li int miġnun u min jammirak għall-passjoni li jkollok.

Semmejt li għandek impjieg ‘full time’. Attur f’Malta jrid ikun ukoll accountant, aġent u assistent personali tiegħu stess.  Kif  jirnexxlek taħdem u fl-istess ħin tara li tgħallimt l-iskritt, li tħallast, li tajt intervisti eċċ?

L-iskritt ġeneralment naqbdu l-aħħar ħaġa filgħaxija, ix-xogħol l-ieħor li semmejt huwa minimu ħafna allura faċli nsib ftit ħin u nagħmlu. (Sakemm ma tkunx xi intervista waqt l-aħħar ġimgħa tal-provi!)

Tħossok qisek qed tgħix ħajja doppja?

Assolutament le. Ħajti hija dik li hi u nsir xi ħadd ieħor biss meta nkun fuq palk jew quddiem camera.

Naħdem fuq il-karattru li nkun qed ninterpreta iva, imma ngħix ħajja doppja, le.

5

Apparti li wieħed irid ikollu talent, x’inhuma l-ingredjenti li wieħed għandu jkollu qabel jidħol fil-qasam tar-reċtar?

Passjoni, dedikazzjoni u determinazzjoni. Dan il-qasam jirrikjedi ħafna ħin, speċjalment it-teatru.  Jekk ma tkunx dedikata u ma jkollokx passjoni, diffiċli tasal!   Barra min hekk, billi wieħed ikollu talent, xorta għandu bżonn jitħarreġ sew u għandu jibqa jitħarreġ, għax dejjem hemm x’titgħallem.

Kif tqassam il-ġurnata tiegħek meta tkun għaddejja b’xi provi ta’ dramm?

Noħrog mid-dar fit-8:00am u ġieli dħalt lura fil-11:30pm. għal xi ħames ġimgħat. Naturalment insib ħafna għajnuna mir-raġel tiegħi fit-tisjir u l-qadi ta’ kuljum għax kieku waħdi ma nlaħħaqx.. Ħafna drabi fi tmiem il-ġimgħa ikun libera mil-provi pero, allura nagħmel dak li nkun tlift matul il-ġimħa. L-aħħar play li għamilt, fortunatament, kienet twila biss siegħa, allura kien jirnexxieli nasal id-dar kmieni mill-provi.

3

X’parir għandek lejn xi wħud li mħajrin jidħlu f’dan il-qasam?

Jekk għadek zgħir u għandek din il-passjoni, go for it u ddedika kemm tista’ ħin fit-tagħlim kif għandek iċ-ċans.  Jekk int forsi ikbar fl’eta’, taqtax qalbek għax qatt m’hu tard!

Illum hawn ħafna skejjel fejn jaċċettaw ukoll l-adulti u b’passjoni, dedikazzjoni u determinazzjoni jirnexxielek int ukoll!

7

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend