L-Istati Uniti u r-Russja mħeġġa jintervjenu fit-taħdidiet fis-Sirja | One News

Notifiki

L-Istati Uniti u r-Russja mħeġġa jintervjenu fit-taħdidiet fis-Sirja

Il-Mibgħut tan-Nazzjonijiet Magħquda għas-Sirja ħeġġeġ lill-Istati Uniti u lir-Russja biex b’mod urġenti jintervjenu fit-taħdidiet dwar il-kriżi fis-Sirja.

Qal li l-waqfien mill-ġlied miftiehem fi Frar li għadda, bilkemm għadu jeżisti.

Dan hekk kif il-vjolenza fis-Sirja żdiedet b’mod allarmanti fl-aħħar jiem.

Infatti l-Erbgħa inqatlu mal-għoxrin persuna f’attakki tal-Gvern fuq sptar u bini residenzjali f’Aleppo.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend