Anzjana tilfet ħajjitha wara inċident tat-traffiku | One News

Notifiki

Anzjana tilfet ħajjitha wara inċident tat-traffiku

Anzjana ta’ 77 sena minn Wied il-Għajn tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku li seħħ l-Erbgħa filgħaxija għall-ħabta tal-9.50p.m. fi Triq Ħaż-Żabbar il-Fgura.

Jirriżulta li kien hemm impatt bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 79 sena minn Wied il-Għajn, li miegħu kien hemm passiġġiera l-anzjana, u karozza oħra li kienet wieqfa fil-ġenb tat-triq.

Mal-impatt, il-karozza misjuqa mill-anzjan inqalbet, bil-konsegwenza li kemm ix-xufier u kif ukoll il-passiġġiera sfaw maqbuda fiha.

Fuq il-post issejħu Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, li għenu biex setgħu jinħarġu l-anzjani mill-karozza.

Sfortunatament, l-anzjana ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post, filwaqt li l-anzjan ittieħed l-Isptar Mater Dei minħabba li kien qed isofri minn xokk qawwi.

Fil-vettura l-oħra kien hemm raġel ta’ 43 sena min-Naxxar u mara, li ma sofrew l-ebda ġrieħi.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa, li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti biex jassistuh, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend