Jiżdiedu t-turisti u l-iljieli li jagħmlu f'lukandi | One News

Notifiki

Jiżdiedu t-turisti u l-iljieli li jagħmlu f’lukandi

It-turisti u l-iljieli fi stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni, primarjament lukandi, żdiedu b’4.5% tul ix-xahar ta’ Frar. Dan skont l-uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li kompla jikkonferma kemm din is-sena reġgħet bdiet tajjeb għas-settur tat-turiżmu, b’tagħrif il-ġimgħa li għaddiet diġa’ indika rekord fil-kwantita ta’ cruiseliners li daħlu Malta fl-ewwel kwart tas-sena.

It-turisti f’din it-tip t’akkomodazzjoni telgħu għal 95,351, filwaqt li l-iljieli ammontaw għal 487,364. Kull kategorija rreġistrat titjib bil-iktar waħda li ġibdet turisti lejha kienet dik ta’ erba’ stilel li ħadet tnejn u hamsin fil-mija punt tlieta 52.3% tal-klijenti li għaddew xi jiem f’xi lukanda. Żjara medja damet ħamsa punt wieħed 5.1 iljieli u dawn iċ-ċifri jfissru li kienu 46.7 tas-sodod.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend