Il-PN mitlub iħallas €3,000 lil Silvio Schembri għal malafama – One News

Notifiki

Il-PN mitlub iħallas €3,000 lil Silvio Schembri għal malafama

Sensiela ta’ artikli mill-midja tal-Partit Nazzjonalista dwar id-deputat Laburista, Silvio Schembri, martu u x-xogħol tagħhom kienu ddikjarati bħala malafamanti mill-Qorti.

Tant li l-edituri tal-media tal-Partit Nazzjonalista kienet mitluba tħallas is-somma ta’ €3,000 f’danni. Dawn l-artiklu kienu bbażati fuq kampanja li kien għamel il-Partit Nazzjonalista fil-konfront ta’ numru ta’ deputati laburisti u uffiċjali pubbliċi oħra fejn għajjarhom li laħqu għax tal-qalba.

Lil Schembri, il-midja tal-Partit Nazzjonalista ġieli qaltlu li kien b’seba’ t’iħluq u ġieli bi tmienja. Iżda mill-provi rriżulta li l-irwoli tagħhom Schembri żgur ma ħaduhomx għal tal-qalba. Fil-każ ta’ mart Schembri, avukat, kien spjegat li l-impjieg tagħha mal-MFSA ħaditu wara proċess kompettitiv. Dan wara li diġa’ kienet ħadet sehem fi proċess kompetittiv f’entitajiet oħra għalkemm ma ntgħażlitx. Il-Qorti nnotat kif intgħażlet għax kellha l-kwalifiki kollha.

Minn naħa l-oħra fil-każ ta’ Schembri kienu spjegati l-irwoli diversi tiegħu. Fosthom kif sar lecturer l-Universita fl-elfejn u ħdax u għalhekk żgur mhux għax tal-qalba, jew kif ma jitħallasx għall-irwol tiegħu bħala ċerpersin tar-Responsible Gaming Foundation. Iżda, fil-fatt dan hu parti minn ħidmietu ta’ konsulent mall-Ministru tal-Ekonomija. Il-Qorti għamlitha ċara li d-dritt tal-iberta tal-espressjoni m’huwiex liċenzja biex tħammeġ ir-reputazzjoni ta’ ħaddieħor u mbagħad tipprova tistaħba wara dan id-dritt.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend