'Iddisprati' u 'matematikament mejta' – Donald Trump dwar ir-rivali tiegħu | One News

Notifiki

‘Iddisprati’ u ‘matematikament mejta’ – Donald Trump dwar ir-rivali tiegħu

L-aħħar aħbar mill-elezzjoni Presidenzjali Amerikana hi li ż-żewġ rivali ta’ Donald Trump minn naħa tar-Republikani se jikkordinaw flimkien, fi strateġija konġunta kontrih.

Ted Cruz ser jikkalma l-kampanja tiegħu f’Oregon u News Mexico sabiex ikun jista’ jgħin John Kasich. Dan tal-aħħar ser jagħti rebħa faċli lil Ted Cruz f’Indiana.

B’reazzjoni, Donald Trump qal li r-rivali tiegħu huma ddisprati għal kollox (‘totally desperate’) u mejta matematikament (‘mathematically dead’).

Trump għandu vantaġġ ċar, iżda tibqa’ l-possibilta’ la ma jiksibx il-1,237 li għandu bżonn għal rebħa ċerta fost id-delegati.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend