L-operazzjonijiet se jibdew isiru wkoll fil-Ħdud | One News

Notifiki

L-operazzjonijiet se jibdew isiru wkoll fil-Ħdud

Minn dan ix-xahar fl-isptar Mater Dei bdew isiru l-operazzjonijiet kull nhar ta’ Ħadd.

Din l-inizjattiva għandha l-għan li tkompli tnaqqas il-waiting lists kemm fl-operazzjonijiet ippjanati kif ukoll dawk ta’ emerġenza. S’issa saru medja ta’ tletin operazzjoni kull nhar ta’ Ħadd.

Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa, Chris Fearne. Huwa stqarr li minkejja li fi tmiem il-ġimgħa l-isptar ikun aktar kwiet mis-soltu, l-mard u l-emerġenzi jibqgħu għaddejjin.

Għaldaqstant, l-Gvern sa mill-bidu tal-leġislatura ħadem biex jingħata servizz tas-saħħa fil-ħin u fil-pront.

Fearne qal li 113-il professjonist applikaw għal sejħa li saret biex jaħdmu fi tmiem il-ġimgħa.Dan ifisser ukoll li ħa jsiru mal-erbat elef operazzjoni aktar fis-sena.

Fearne stqarr li din l-inizjattiva tingħaqad ma’ dawk tal-MRI u l-Ultrasounds li naqsu drastikament.

Filfatt minn 6,000 MRI li saru fl-2012, li hija l-aħħar sena sħiħa ta’ amministrazzjoni preċedenti, is-sena li għaddiet żdiedu għal 20,000, filwaqt li minn 17,000 ultrasound li saru fl-2012, dawn żdiedu għal 33,000 is-sena li għaddiet. Fakkar kif il-‘waiting list’ tal-kataretti niżlet minn erba’ snin għal erba’ xhur u dik tal-ortopedija niżlet b’34%.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend