Fiduċja akbar fil-Prim Ministru | One News

Notifiki

Fiduċja akbar fil-Prim Ministru

Stħarriġ ippubblikat mill-Maltatoday juri li l-Prim Ministru Jospeh Muscat kabbar il-vantaġġ tiegħu fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil.

L-istħarriġ juri li l-Prim Ministru Muscat kabbar il-vantaġġ tiegħu fuq Busuttil minn erbgħa (Marzu) għal seba’ perċentwal (April).

Muscat saħħaħ il-pożizzjoni tiegħu fost il-Laburisti tradizzjonali. 92% ta’ dawk li rrispondew li vvutaw lill-Partit Laburista fl-2008 jafdaw iktar lil Muscat minn Busuttil.  Meta mqabbel mal-istħarriġ li sar ix-xahar li għadda, dawk li vvutaw lill-Partit Laburista fl-2008 u li issa m’għandhomx fiduċja fl-ebda mexxej politiku naqset minn 9% għal 5%.

Dan juri li l-mozzjoni ta’ sfiduċja li ressqet l-Oppożizzjoni Nazzjonalista fil-Gvern saħħet il-fiduċja tal-votanti Laburisti fil-Prim Ministru.

L-istħarriġ juri li d-distakk bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista tela’ minn 1% għal 2%.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend