Simon Busuttil bla azzjoni u b'ħafna xi jwieġeb | One News

Notifiki

Simon Busuttil bla azzjoni u b’ħafna xi jwieġeb

Għaddew aktar minn 24 siegħa minn mindu faqqa’ l-iskandlu li fiċ-ċentru tiegħu hemm il-Viċi Kap Nazzjonalista Mario Demarco, iżda għadha ma ttieħdet ebda azzjoni.

Hekk innotat is-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri f’konferenza ta’ l-aħbarijiet. Schembri qajmet numru ta’ mistoqsijiet dwar għaliex Mario de Marco naqas milli jħallas €34 elf  lill-kuntrattur Pierre Sladden għal seba’ snin sħaħ – sakemm ma bdietx titwettaq investigazzjoni interna mit-Times of Malta u sakemm isem Sladden ma ssemmiex fil-Panama Papers.

Kien biss eżatt wara li rriżenja d-direttur maniġerjali t’Allied Group Adrian Hillman, li Demarco iddeċieda jħallas. Fid-dawl ta’ dan Schembri qajmet numru ta’ mistoqsijiet, fosthom kif kien issa li Mario de Marco rċieva l-kontijiet, kif tħallssu issa, u għaliex tħallsu eżatt meta rriżzenja Hillman.

Id-deputat Laburista Luciano Busuttil qal li quddiem dan kollu, tkompli tidgħajjef il-pożizzjoni ta’ Simon Busuttil, li priedka ħafna fuq il-politika nadifa u korretezza, iżda meta ffaċjat b’każ bħal dan, iswed fuq l-abjad, mhux qed jieħu azzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss
Janice Bartolo hija eks ġurnalista u eks editriċi ta’ dan il-portal. Wara esperjenzi diversi fil-qasam tax-xandir u fi kmamar tal-aħbarijiet diversi, bdiet il-proġett one.com.mt bit-tema ‘l-aħbar mill-ewwel’. Wara li mexxiet il-proġett fl-infanzja tiegħu, kompliet bl-istudji tagħha fil-qasam tax-xandir f’livell ta’ Masters mal-Università ta’ Leicester. Illum-il ġurnata hija nkarigata mill-Komunikazzjoni u Relazzjonijet Pubbliċi Lokali tal-Awtoritaà Maltija għat-Turiżmu.

Send this to a friend