Kompetizzjoni għal ideat li jagħmlu ħajja faċli għall-persuni b'diżabilità u l-anzjani | One News

Notifiki

Kompetizzjoni għal ideat li jagħmlu ħajja faċli għall-persuni b’diżabilità u l-anzjani

Edward Debono Institute nieda kompetizzjoni għal individwi jew gruppi biex josservaw, jidentifikaw, u joħroġu b’ideat li jagħmlu l-ħajja iktar faċli għall-persuni b’diżabilità u l-anzjani.

Dettalji dwar dan ingħataw f’konferenza tal-aħbarjiet fil-bini tal-Middle Sea li se jkun qed jisponsejra din il-komeptizzjoni li qed tippromovi l-innovazzjoni fis-settur.

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana qalet li inizjattivi bħal dawn jassiguaw ħajja ta’ kwalità għall-persuni vulnerabbli. B’hekk tenniet l-impenn tagħha li l-bibien huma miftuħa għal kull idea ġdida.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend