Ċamata lil Google! – One News

Notifiki

Ċamata lil Google!

Il-Kummissjoni Ewropea infurmat lil Google li temmen li kisret regoli Ewropej u abbużat mill-pożizzjoni tagħha.  Dan billi imponiet restrizzjonijiet fuq manifatturi tal-apparat Android u operaturi tan-netwerks tal-mowbajl.

Il-fehma preliminari tal-Kummissjoni hija li Google implimentat strateġija dwar apparat tal-mowbajl biex tippreserva u ssaħħaħ id-dominanza tagħha fit-tiftix ġenerali fuq l-internet.

L-ewwel nett, il-prattiki jfissru li Google Search hija installata minn qabel u ssettjata bħala servizz ta’ tiftix awtomatiku, jew esklussiv, fuq il-maġġorparti ta’ apparat Android mibjugħ fl-Ewropa.

It-tieni nett, il-prattiki jidhru li għalqu l-aċċess għas-suq għal magni tat-tiftix rivali, permezz ta’ brawżers tal-mowbajl u sistemi operattivi. Barra minn hekk, huma jidhru li qiegħdin jagħmlu dannu lill-konsumaturi billi joħonqu l-kompetizzjoni u jirrestrinġu l-innovazzjoni fl-ispazju tal-mowbajl aktar wiesa’.

It-tħassib tal-Kummissjoni huwa deskritt f’Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet indirizzata lil Google u l-kumpanija omm tagħha, Alphabet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend