Konferenza importanti ta' Huawei f'Malta | One News

Notifiki

Konferenza importanti ta’ Huawei f’Malta

Fi tmiem il-ġimgħa, il-kumpanija internazzjonali Huawei se torganizza konferenza reġjonali f’pajjiżna.

Konferenza li mistennija tiġbor fi ħdanha fost l-ogħla Kapijiet Eżekuttivi ta’ din il-kumpanija, sabiex f’pajjiżna jiddiskutu l-istrateġija Ewropeja. Ħabbar dan is-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittivita’ u t-Tkabbir Ekonomiku Jose Herrera waqt żjara fil-MITA.

Herrera sostna li dan ikompli juri l-kapaċita’ ta’ pajjiżna li jidħol fi sħubija ma’ fost l-aqwa kumpaniji fid-dinja, u jiġbed lejn investiment dirett barrani. Tenna għaldaqstant li f’din il-konferenza se jitħabbar dak li pajjiżna kiseb ma’ din il-kumpanija.

 

Herrera sostna kif f’pajjiżna, is-settur tal-IT diġa’ jfisser 6% fil-prodott domestiku gross, f’qasam li kull ma jmur qed joħloq iżjed impjiegi. Qal li qed isiru sforzi biex tonqos id-diskrepanza bejn l-abbiltajiet tal-ħaddiema u l-bżonnijiet tas-suq.

Il-kollaborazzjoni ma’ waħda fost l-aqwa kumpaniji fid-dinja tal-IT se tkompli tkabbar il-ġid li dan il-Gvern qed iġib lejn pajjiżna permezz tal-investiment dirett barrani.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend