Unur ieħor għal Joseph Calleja | One News

Notifiki

Unur ieħor għal Joseph Calleja

Unur ieħor għat-tenur Malti Joseph Calleja, din id-darba fl-Opera News Awards fi New York.  F’din il-ħdax-il edizzjoni tal-għoti ta’ dawn l-unuri, Calleja ingħata l-premju minn ħadd ħlief il-leġġenda tal-Opra, Placido Domingo. Bħalissa nzerta qed jieħu sehem fi produzzjoni mat-tenur Malti.

Flimkien m’erbgħa oħra, Calleja kiseb dan l-unur għall-kontribut tajjeb li taw lid-dinja tal-opri. It-tenur Malti ġie deskritt b’dan il-kliem  “Calleja sounds exactly the way an Italian romantic tenor is supposed to sound”.

Joseph Calleja u Placido Domingo
Joseph Calleja u Placido Domingo
Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend