Il-proġett tal-Kappara jitlesta f'Ottubru 2017 | One News

Notifiki

Il-proġett tal-Kappara jitlesta f’Ottubru 2017

Il-proġett tal-Kappara, b’investiment ta’ iktar minn tnejn u għoxrin miljun ewro, se jwassal biex il-konġestjoni mar-roundabut tal-Kappara tonqos b’ħamsin fil-mija.

F’laqgħa teknika, iċ-chairman ta’ Transport Malta James Piscopo qal li dan il-proġett ifisser investiment fil-kapaċita’ tan-netwerk, u irrimarka li l-aħħar investiment simili kien dak li sar fil-mini ta’ Santa Venera għoxrin sena ilu.

F’arterja prinċipali li minnha ta’ kuljum jgħaddu mad-disgħin elf karozza, ix-xogħol se jkopri distanza ta’ elf u mitejn metru, u se jieħu sebgħa u sebgħin ġimgħa biex jitlesta.

Il-project leader Antoinette Conti tat ħarsa lejn l-ewwel tlett fażijiet minn għaxra. Fażi zero tikkonsisti fil-preparamenti tar-rotot alternattivi u t-tnehhija tas-siġar mir-roundabout.

Spjegat li Transport Malta wettqet stuju taz-zona, identifikat numru ta’ ‘bottlenecks’ u qed tagħmel arranġamenti neċessarji biex dawn jitneħħew. 

Lejn l-aħħar ta’ Mejju tibda t-tieni fażi. Antoinette Conti spjegat li x-xogħol ser isir kemm jista’ jkun billejl, iżda minħabba s-sensittiva taż-żona fejn tidħol il-provista tad-dawl, jista’ jkun li xi xogħol isir magħtul il-ġurnata wkoll.  F’dak il-każ jiġu kkunsidrati rotot alternattivi. 

Minħabba li l-junction tal-Kappara se tkun sit ta’ kostruzzjoni, il-kuntratturi xtaqu li tingħalaq kompletament. Madanakollu, saret emfasi biex dan ma jsirx.

Ser ikunu qed jintużaw sinjali elettroniċi mwaħħla riċentament u l-pubbliku jista’ juża ‘app’ li tista’ titniżżel minn fuq www.maltesetraffic.com.

Transport Malta se tintroduċi miżuri sabiex jiġu minimizzati problemi tat-traffiku. Fost dawn hemm it-tneħħija ta’ parkeġġi, użu ta’ junctions biex jiffaċilitaw it-traffiku u s-sospensjoni tal-priorty lanes bejn tas-Sliema u Ta’ Xbiex. 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss
Janice Bartolo hija eks ġurnalista u eks editriċi ta’ dan il-portal. Wara esperjenzi diversi fil-qasam tax-xandir u fi kmamar tal-aħbarijiet diversi, bdiet il-proġett one.com.mt bit-tema ‘l-aħbar mill-ewwel’. Wara li mexxiet il-proġett fl-infanzja tiegħu, kompliet bl-istudji tagħha fil-qasam tax-xandir f’livell ta’ Masters mal-Università ta’ Leicester. Illum-il ġurnata hija nkarigata mill-Komunikazzjoni u Relazzjonijet Pubbliċi Lokali tal-Awtoritaà Maltija għat-Turiżmu.

Send this to a friend