Charlie ż-Żubina ma' Simon Busuttil | One News

Notifiki

Charlie ż-Żubina ma’ Simon Busuttil

Fl-aħħar jiem żvelajna kif fil-folla li dawwret lil Simon Busuttil quddiem il-Qorti kien hemm persuni b’kondotta xejn tajba, fosthom Tonio Zampa. Zampa kien ma’ dawk li qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali waqqfu nies li kien hemm ma’ Jeffrey Pullicino Orlando milli jidhlu d-Dar Ċentrali.

Iżda, ma kienx hu l-uniku wieħed li sa snin riċenti kien imsejjaħ jidher quddiem il-qorti. Mal-folla organizzata mid-Dar Ċentrali kien hemm ukoll Charles Mangion, magħruf bħala ż-Żubina.  Wara ġuri ż-Żubina kien instab ħati ta’ qtil ta’ Spanjol fl-1975, wara li iktar kmieni kien instab ħati t’attentat ta’ qtil.  Kien sa riċenti li Mangion spiċċa l-Qorti għaliex għandu rasu sħuna.

Fil-fatt weħel sitt xhur sospiżi għal sena u nofs wara li hedded lill-eks deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlandu u li d-deputat Deborah Schembri. Saħansitra kien qal li lest joqtol lil Pullicino Orlando filwaqt li jagħmel ħsara wkoll lill-eks Ministru Jesmond Mugliett.

Jirriżulta li Simon Busuttil m’għandu ebda problema bil-preżenza taż-Żubina tant li mhux biss issejjaħ ikun quddiem il-Qorti, iżda jidher f’bosta attivitajiet oħra tal-Partit Nazzjonalista.  Partit li qed isaħħan l-irjus tant li nies minn tiegħu spiċċaw attakkaw lill-ġurnalisti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend