Daphne Caruana Galizia tikkordina mal-media internazzjonali | One News

Notifiki

Daphne Caruana Galizia tikkordina mal-media internazzjonali

Il-blogger Daphne Caruana Galizia hija fdata mill-Partit Nazzjonalista biex tikkordina hi l-messaġġ tal-partit barra minn pajjiżna.

Dan bħala parti mill-istrateġija maqbula fid-29  ta’ Frar, li wieħed mill-għanijiet ewlenin tagħha huwa li ssir ħsara lill-Gvern u lil Malta b’mod internazzjonali.

F’dinja ddominata mill-internet huwa naturali li aħbar bħal dik tal-mass meeting li sar il-Ħadd li għadda tinqabad minn xi aġenziji tal-aħbarijiet internazzjonali.   

Iżda, il-Partit Nazzjonalista qiegħed jagħmel sforz iddisprat biex kemm jista jkun jagħti l-impressjoni li s-sitwazzjoni f’Malta hija waħda ta’ xi gvern fi kriżi.

Fejn saħansittra joqgħodu lura mir-referenza li l-Gvern għandu maġġoranza b’saħħitha fil-Parlament tant li m’hemm ebda dubju li se jkun qiegħed jirbaħ il-vot imsejjaħ għal iktar tard din il-ġimgħa.

B’differenza mill-aħħar ġimgħat, Caruana Galizia, mhix biss qed tikkordina iżda issa qed tikteb b’isimha, u saħansitra fl-EU observer kitbet li l-Gvern qed jissielet biex jgħix.

Screen Shot 2016-04-11 at 14.26.01

Dan f’artiklu li jsegwi ieħor li ftit tal-ġimgħat ilu kien ikkwotat il-blog tagħħa.     

Is-sodisfazzjoni li isem Malta jissemma fil-ħazin fil-midja internazzjonali huwa evidenti mix-shares ta’ nies bħal Mario De Marco u Therese Commodini Cachia li xerrdu rapport simili.

 

Screen Shot 2016-04-11 at 14.39.51

 

Screen Shot 2016-04-11 at 14.41.16

Anke jekk qatt  ma xerrdu l-artikli li fihom Malta kienet iddikjarata bħala l-aqwa fl-Ewropa f’diversi oqsma.

Dan għax dawk l-artikli ma jidħlux fl-istrateġija miftehma fid-29 ta’ Frar. Dik li tipprova tiddistabilizza l-Gvern, anke jekk konxji mill-ħsara li tista’ ssir lill-eko
nomija Maltija.

F’dik il-laqgħa kien miftiehem li dan huwa irrelevanti sakemm jikbru ċ-ċansijiet tal-PN li jirbaħ l-elezzjoni ġenerali.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend