Bl-istess kriminali 'canvassers' t'Austin Gatt | One News

Notifiki

Bl-istess kriminali ‘canvassers’ t’Austin Gatt

Meta Simon Busuttil u Jason Azzopardi kienu deħlin il-Qorti, mhux biss iddawru b’eks pulizija u partitarji nazzjonalisti rashom sħuna.

Iżda kellhom magħhom ukoll uħud mill-istess persuni b’rekord kriminali li kienu jdawru lill-eks Ministru Austin Gatt. L-istess nies li qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali kienu jgħassu d-Dar Ċentrali u li ma kienux ħallew jidħlu fl-istamperija persuni li kienu akkumpanjaw lil Jeffrey Pullicino Orlando, dak iż-żmien deputat Nazzjonalista.

Fosthom Tonio Zampa, Belti b’kondotta xejn sabiħa. Fost oħrajn iffaċja akkużi b’rabta ma’ traffikar ta’ droga u deher il-Qorti akkużat li attakka Pulizija. Zampa jaf sew lil Ernest Tonna, dak li Jason Azzopardi kien tah garaxx bi pjaċir meta kien responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali.

Il-preżenza ta’ dawn in-nies, magħrufa wkoll bħala ‘bullijiet’, tixhed kif il-Partit Nazzjonalista kien lest għal kollox minbarra l-kalma. Tant li l-ewwel wieħed li agredixxa l-ġurnalisti ta’ ONE ma kien ħadd għajr missier wieħed mix-xufiera ta’ Simon Busuttil.

Quddiem il-Qorti, Dominic Attard magħruf bħala l-Gidi, għamel għall-ġurnalisti ta’ ONE, b’Simon Busuttil ma juri ebda dizaprovazzjoni u jidħol il-ġewwa. Minbarra l-persuni ta’ kondotta xejn tajba, imbagħad spikkaw ukoll dawk li mit-taxxi tal-poplu tħallsu l-mijiet tal-eluf t’ewro f’konsulenzi jew kuntratti u li għad hemm dettalji dwarhom li jridu joħorġu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend