Żieda ta' €4.3 miljun fl-istipendji | One News

Notifiki

Żieda ta’ €4.3 miljun fl-istipendji

Fl-2014 il-Gvern alloka żieda fl-istipendji ta’ aktar minn erbgha miljun u tlett mitt elf ewro. Dan meta mqabbel mal-aħħar sena ta’ budget propost minn Gvern Nazzjonalista. In-nefqa tal-Gvern għall-istipendji fis-2014 kienet ta’ aktar minn 27 miljun ewro. 

Dan meta n-nefqa ta’ budgets minn Gvern preċedenti għall-istipendji bejn is-sena 2010 u s-sena 2013 kienet bejn 21 miljun ewro u nofs, u inqas minn 23 miljun ewro. 

Iż-żieda fin-nefqa għall-istipendji hija frott ta’ diversi miżuri li daħħal il-Gvern bil-għan li jinċentiva aktar studenti jkomplu jistudjaw. Mill-ewwel budget preżentat mill-Gvern, l-istudenti bdew jieħdu żieda fl-istipendji tagħhom pro-rata għall-għoli tal-ħajja. 

Filwaqt li studenti li jirrepetu sena fil-kors tagħhom baqgħu jingħataw l-istipendju. Il-Gvern żied ukoll istituzzjonijiet edukattivi approvati għall-ħlas ta’ stipendju, bħall-istituzzjoni Guze Ellul Mercer li toffri lezzjonijiet lil istudenti li m’għaddewx mill-O levels. 

Hemm ukoll l-ETC Job Bridge programme, li joffri taħriġ u ħiliet neccesarji biex żgħażagħ b’diżabilita’ jkunu aktar indipendenti. 

Biex b’hekk l-istudenti li jattendu dawn l-istituzzjonijiet ukoll jingħataw l-istipendju. 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend