Investiment ta' €4 miljuni | One News

Notifiki

Investiment ta’ €4 miljuni

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura investiment ta’ erba miljun ewro fil-lukanda Qawra Palace.

Permezz tal-investiment saru kmamar ġodda u l-lukanda ġiet rinovata bis-sħiħ. 

Id-Direttur Maniġerjali Edward Vella qal li dan l-investiment seta’ jsir permezz ta’ diversi miżuri li ħa l-Gvern f’dawn l-aħħar tlett snin. Fosthom semma t-traħħis fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma. 

Il-familja Vella fi ħsieba tkompli tinvesti f’din il-lukanda fix-xhur li ġejjin. Tixtieq tespandi bi 350 sodda u spazju għall-parkeġġ. Edward Vella innotta kif it-turiżmu żdied b’rata mhux tas-soltu tul dawn l-aħħar snin, u dan b’differenza minn snin preċedenti, meta ħafna lukandi ma kellhomx triq oħra ħlief li jgħalqu. 

qawra palace hotel pm

Fid-diskors tiegħu il-Prim Ministru Joseph Muscat tenna kif matul l-ewwel xahrejn ta’ din is-sena diġa’ ġew mal-erbgħin elf turist iżjed  lejn pajjiżna, meta mqabbel mall-istess xhur is-sena l-ohra. 

Huwa qal li nvestiment bħal dan huwa prova ċara ta’ kemm is-settur turistiku sejjer tajjeb. Osserva li l-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, minkejja l-potenzjal li għandhom, ma ġewx sfruttati sew.

Il-Prim Ministru sostna li s-settur turistiku huwa wieħed mill-fatturi li wasslu biex pajjiżna irreġistra tkabbir ekonomiku rekord ta’ sitta punt tlieta fil-mija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend