Attitudni li qatt ma kienet ikkontestata | One News

Notifiki

Attitudni li qatt ma kienet ikkontestata

Anthony Debono, ir-raġel ta’ Giovanna Debono, kien iħaqqaqha ma min hu fl-istess kariga tiegħu.

Debono, li kien imexxi d-dipartiment tax-xogholijiet fil-Ministeru ta’ Ghawdex kien jawtorizza xoghol fil-privat imhallas minn fondi pubblici, ghal voti.

Fil-Qorti t’Ghawdex xehed Joseph Portelli, li kien responsabbli mid-Direttorat għall-Progetti u l-Iżvilupp fil-Ministeru għal Għawdex.

Mistoqsi dwar certu Joseph Sciberras, Portelli wieġeb li dan kien principal technical officer  inkarigat mix xogholijiet pubbliċi. Kien kap ta’ dipartiment, l-istess bhal ma kien Anthony Debono. Portelli xehed li kien ikun hemm diffikultajiet bejniethom, għaliex filwaqt li Sciberras kien ikun jixtieq imexxi ċertu xogħol, kien isib lil Debono jindaħallu.

Kien hemm drabi meta Anthony Debono, ir-raġel tal-eks ministru Giovanna Debono, kien jistaqsi għala qed isir ċertu xogħol u min awtorizzah. Portelli, bħala dak reponsabbli, xehed li qatt  ma ta’ istruzzjonijiet, u qatt ma kellem lil Tony Debono dwar din l-attitudni.

Portelli intwera dokument dwar xogħolijiet fl-iskola ta’ Kercem u kien mistoqsi jekk jiftakrux. Hawn dewa skiet fl-awla tal-Qorti, li kompla meta kien mistoqsi wkoll għaliex ma tkompliex dan ix-xogħol. L-ex direttur Portelli, li kien direttament responsabbli mix-xogħoijiet, seta’ jiftakar biss li kien qed jinfetah passaġġ fi grounds tal-iskola, iżda ma setax jiftakar għala.

Wara l-elezzjoni tal-2013, ħa d-deċizjoni li jwaqqaf dawn ix-xogħolijiet. Mistoqsi jekk ix-xogħolijiet kienx qed jagħmilhom Joseph Cauchi is-Sansun, Portelli wiegeb ‘jista jkun’.

Joseph Cauchi, il-whistleblower f’dan il-każ, kien ilmenta li kellu jitħallas mal-ħamsin elf ewro ta’ xogħolijiet li kien għamel fil-privat, minn fondi tal-Ministeru ghal Ghawdex, imqabbad minn Tony Debono.

Fost l-akkużi kontra Debono hemm dawk ta’ frodi, miżapproprjazzjoni għad-dannu tal-Gvern ta’ Malta u ta’ diversi kuntratturi. Debono huwa akkużat li abbuża mill-poter tiegħu u għamel użu ħażin minn rizorsi li kienu fdati lilu minħabba l-kariga li kellu.

Saħansittra huwa akkużat li rrenda ruħu kompliċi fil-falsifikazzjoni ta’ dokumenti privati u pubbliċi u li għamel dikjarazzjonijiet foloz.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend