Ġurnalisti Aggrediti | One News

Notifiki

Ġurnalisti Aggrediti

Libelli kriminali u kawżi ta’ malafama jsiru bil-mijiet, iżda dak li seħħ quddiem il-Qorti l-Erbgħa wara nofsinhar mhix ħaġa ta’ kuljum.

Folla ta’ Nazzjonalisti akkaniti u impjegati tad-Dar Ċentrali, organizzati mid-Dar Centrali, inġabru quddiem il-Qorti mal-kap Simon Busuttil u deputati Nazzjonalisti, biex jagħtu appoġġ lil Jason Azzopardi.

Id-deputat Nazzjonalista deher quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud biex iwieġeb dwar malafama fuq Peter Paul Zammit, eks Kummissarju tal-Pulizija.

Il-qofol tal-istorbju barra l-bieb tal-Qorti ntlaħaq meta wasal il-Kap tal-Oppozizzjoni, li għamel diskors kontra kawżi kriminali kontra l-politiċi.

Kawżi kriminali li bħalhom għamel hu, Tonio Fenech u Beppe Fenech Adami.

Fil-fatt ONE NEWS ried jistaqsi dwar dan. Quddiem il-bieb tal-Qorti, l-editur ta’ One Aleander Balzan beda biex jistaqsi l-mistoqsija jekk biex ma jkunx ipokrita hux se jitlob lill Tonio Fenech jirtira kawża kriminali li għada għaddejja.

Hawn il-partitarji Nazzjonalisti aggredew lil Balzan, b’Simon Busuttil iħares ftit lejhom u jlebbet il-ġewwa.

Ma jidhrux fuq il-kamera hemm id-daqqiet ta’ sieq. Filwaqt li bl-iktar mod selvaġġ il-ġurnalista Nicole Buttigieg li wkoll ma tħallietx tistaqsi lil Simon Busuttil spiċċat mgħaffġa bejn irġiel, u eks pulizija jsawtu bil-minkeb.

Barra l-Qorti nġabar ukoll grupp zgħir mill-Forum Zgħazagħ Laburisti, li wkoll espona kif Busuttil huwa mexxej tad-double standards.

Xi ħaga li ridna nistaqsu dwarha lill-partitarji tal-Partit Nazzjonalista li laqgħu l-appelli kontinwi tal-midja nazzjonalista u nġabru l-Belt.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend