Minn pajjiżna għal Miami | One News

Notifiki

Minn pajjiżna għal Miami

Din hija d-diska Can You Hear Me, nominata għall-aqwa diska techno fl-International Dance Music Awards f’Miami. Diska li ġġorr isem pajjiżna, għaliex ir-record label tagħha hija Maltija, u jisimha Alleanza.

Joseph Jake Mejlak, magħruf aħjar bħala JJ, spjega kif in-nomina ġiet wara li d-diska kisbet suċċess enormi. Fl-2015 kienet l-aktar techno track li nbiegħet fid-dinja. Kienet ukoll l-iktar diska li damet fl-ewwel pożizzjoni fiċ-ċarts.

Kien l-artist Amerikan DJ Boris li pproduċa d-diska Can You Hear Me. Huwa bagħatha lir-record label Maltija, li qabdet lill-artist Taljan Enrico Sangiuliano biex jagħmel remix tagħha.

JJ, li l-istage name tiegħu huwa Jewel Kid, qal li l-popolarita’ tat-techno qeda tizdied. Infatti qed ikun ibbukjat bħala DJ f’pajjiżi bħall-Afrika u ċ-Ċina.

Ir-record label Alleaza jinsab fl-għaxar post fuq Beatport – is-sors ewlieni minn fejn jinxtraw id-diski.

Issa l-grupp qed jaħdem fuq proġett li jismu Alleanza Connect u qed jimmira li jkompli jespandi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend