IL-PM B'DIŻAPPUNT FUQ IR-RAPPORT TAL-KNISJA | One News

Notifiki

IL-PM B’DIŻAPPUNT FUQ IR-RAPPORT TAL-KNISJA

Il-Prim Ministru Joseph Muscat esprima diżappunt qawwi fil-konfront tal-position paper tal-Knisja, dwar it-terapija ta’ konverzjoni li tintuza f’attentat biex tinbidel l-orjentazzjoni sesswali ta’ dak li jkun.

Il-Gvern nieda abbozz ta’ ligi biex dawn il-prattici jitqiesu illegali.

Il-Prim Ministru ndirizza lil dawk li ngabru ghal attivita politika fiż-Żurrieq. Stqarr li l-Knisja għandha kull dritt li tesprimi leħen, u dan għandu jingħata widen. Iżda l-Gvern għandu t-twemmin tiegħu.

“Hija kwstijoni ta’ mentalita ta ftuh u m’hu ha naċċetta qatt li jkun hawn xi wieħed minn ħuti Maltin u Għawdxin illi għax għandu orjentazzjoni mod jew ieħor, ikun hemm minn jgħid li hu marid jew pedofelu” , sostna l-Prim Ministru Muscat.

“M’hu ser naċċetta qatt dik it-tip ta’ mentalita’ –  ħa nkun hawnhekk biex niddenfendi lill-inqas wieħed” żied jgħid.

Il-Prim Ministru fakkar li d-dritt ta’ persuni LGBTIQ huwa wieħed mill-valuri essenzjali tal-Unjoni Ewropea u fl-ebda ħin m’hu ħa jaċċeta li persuni omosesswali jkunu mpinġija bħala morda.

Kif kien qiegħed jitkellem dwar drittijiet ċivili, il-Prim Ministru ħabbar li dan il-Gvern qed jaħdem biex koppji li jgħixu flimkien izda ma jiżżewġux, ikunu protetti. Permezz ta’ liġi tal-koabitazzjoni li ser tkun qed toħroġ għall-konsultazzjoni fiż-żmien li ġej, ser jinħoloq qafas li jirregolahom u jtihom id-drittijiet bħal koppji oħra.

Li Jmiss

Send this to a friend