Għal dawn l-aħħar ħames snin, ic-‘chefs’ ta' Aroma Kitchen ippreparaw bir-reqqa madwar aktar minn 1,200 riċetta għal dawk li għandhom l-ikel għal qalbhom. Din is-sena, il-produzzjoni ser tibqa’ fl-idejn kapaċi ta’ Manuel Xuereb, bid-differenza li ma’ Manuel u Aaron ser jingħaqad ic-‘chef’ Neil Darmanin. Dawn it-tlieta sejrin ikunu ic-‘chefs’ ta’ Aroma Kitchen.
“Din is-sena hemm ħafna ħsieb involut fil-produzzjoni, u bħala ‘production house’ investejna bil-kbir fis-‘set’ ta’ l-istudio”, jgħid is-Sur Steve Aquilina, direttur ta’ Aceline Entertainment Ltd.
Il-format tal-programm mhux ser jinbidel drastikament peress li dan ħadem perfettament fil-passat, filwaqt li Bill Hermitage minn Delicata wines ser ikun magħna mill-ġdid biex itina pariri fuq l-inbid.
Din is-sena ser ikun possibli għal kulħadd li jipparteċipa fil-kompetizzjonijiet tagħna, għax minn barra min-numru tal-sms – 50615016 introduċejna wkoll linja tat-telefon biex b’hekk kull min juża mobile jew linja fissa jkun jista jirreġistra n-numru tieghu fuq 52302066. Is-sena li għaddiet waqt Aroma Kitchen intrebhu fuq €21,000 f’rigali.